Contact Us




Activities


1 u 2 ta' Mejju / 1 and 2 May
Koperattiva Rurali Manikata (KRM) Ltd se tkun qegħda tbiegħ ħxejjex u frott friski kif ukoll il-prodotti tagħha fosthom ġammijiet, żejt taż-żebbuġa, tadam imqadded u basal tal-pikles waqt il-wirja agrarja li se tittella' fil-ġonna ta' San Anton.

Koperattiva Rurali Manikata (KRM) Ltd will be selling fresh fruit and vegetables as well as its typical products including jams, marmalades, olive oil, sun dried tomatoes and pickled onions during the annual agrarian exhibition which is going to be held at San Anton Gardens.
20 ta' Marzu, 17 ta' April, 15 ta' Mejju / 20th March, 17th April, 15th May
Koperattiva Rurali Manikata (KRM) Ltd se torganizza mixjiet tul l-Air Malta Rural Heritage Trail għall-familja kollha. Il-prezz huwa ta' €10 għall-kbar u €3.50 għal tfal taħt it-tnax-il sena. Il-prezz jinkludi mixja gwidata li tibda minn ġo razzett tal-Annimali, tgħaddi minn ġor-Razzett tal-Qasam, u wara tkompli minn ġo ġonna fejn il-koperattiva ħawlet ammonti konsiderevoli ta' siġar taż-żebbuġ. Tkunu tistgħu tidħlu ġo beach post tal-1935, qabar puniku li kien jintuża wkoll bħala xelter fit-Tieni Gwerra u li issa huwa armat bħala miġbħa tan-naħal, siġar endemiċi Maltin fosthom Ħarrub, Deru, Żnuber u Għargħar, u flora Maltija fosthom is-Sagħtar, Busbies u Kappar. Fl-aħħar tingħataw ikel li jinkludi ftira mimlija b'ikel li tipproduċi l-Koperattiva stess fosthom insalata friska, tadam imqadded, żebbuġ, kappar u basal tal-pikles. Għad-deżerta jkun hemm gallett bil-ġammijiet tal-koperattiva kif ukoll frott frisk. Il-kbar ikunu jistgħu jduqu wkoll ftit inbid minn tal-lokal. Min jixtieq jibbukkja jew jikseb aktar tagħrif ġentilment nistednuh jikkuntattja lil Veronica Farrugia fuq info@manikatafarmers.com jew inkella 21581592 / 79393881

Koperattiva Rurali Manikata (KRM) Ltd is organising a series of three walks for all the family along the Air Malta Rural Heritage Trail. The price is €10 adults and €3.50 for children twelve years and under. The price includes a guided walk which starts with a visit to a small animal farm, passes through the Razzett tal-Qasam (a historic farmstead presently undergoing restoration), and then proceeds through olive groves recently planted by the cooperative. You will be able to get into a beach post built in 1935, a punic tomb which was used as an air raid shelter during World War Two and which is now accesorized as a traditional apiary, and also see endemic flora such as carob trees, pine trees, wild thyme and capers. At the end of the walk you will be given a Maltese Ftira stuffed with products of the cooperative included fresh salad, sun dried tomatoes, olives, capers and pickeld onions. For dessert you will have Maltese biscuits with fruit jams and also some fresh fruit. Adults will be able to taste our wine. If you're interested or would like more information, kindly contact Veronica Farrugia on info@manikatafarmers.com or on telephone numbers 21581592 or 79393881.